Ritratti: 8 multi talli kienu fi spazji pubbliċi

CMRU

Il-Pulizija llum ħarġet tmien multi ta’ €100 lil persuni li kienu fi gruppi ta’ erba’ jew iktar. 

Dan għax kisru l-Avviż Legali 113/20 imħabbar ilbieraħ dwar l-għadd ta’ persuni permessi fi spazji pubbliċi bħala miżura kontra l-imxija tal-coronavirus f’Malta. Dan tħabbar ilbieraħ mill-Ministru għall-Intern Byron Camilleri. 

Fuq Facebook, il-Pulizija ħabbret kif dawn il-multi ngħataw waqt spezzjonijiet matul il-ġurnata madwar Malta u Għawdex. Intqal li din kienet operazzjoni konġunta li kienet tinvolvi diversi sezzjonijiet tal-Korp tal-Pulizija: Pulizija tad-Distrett, Rapid Intervention Unit, Mellieħa Community Policing Team, Sezzjoni tal-Kavallerija u dik tal-Klieb, filwaqt li l-ALE bħalissa għadhom impenjati fuq l-ispezzjonijiet dwar ksur tal-kwarantina.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn