8 mejta wara li nirien ħakmu lukanda fl-Ukrajna

A view shows a corridor of the Tokyo Star hotel that was hit by a heavy fire, in the Black Sea port of Odessa, Ukraine August 17, 2019. National Police of Ukraine/Handout via REUTERS

Read in English.

Tmien persuni mietu filwaqt li 10 oħra ndarbu minħabba nirien kmieni dalgħodu f’lukanda privata fin-Nofsinhar tal-Ukrajna. Dan skont is-servizzi tal-emerġenza fil-pajjiż.

In-nirien seħħew ftit wara nofsilejl skont l-awtoritajiet, madanakollu ma taw l-ebda raġuni għall-kawża tal-inċident u ma qalux kemm kien hemm persuni li kienu qed joqgħodu fil-lukanda.

Il-lukanda Tokyo Star għandha 273 kamra.

Il-ħaddiema tat-tifi tan-nar damu jikkumbattu għal tliet sigħat sħaħ sabiex jitfu n-nirien, li kienu nfirmu fuq medda ta’ art ta’ madwar elf kilometru kwadru.