8 każijiet ta’ frodi f’San Vinċenz de Paul

Il-Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia kkonferma li minn Marzu tal-2013 sa llum, kien hemm 8 każijiet ta’ frodi fir-residenza San Vinċenz de Paul.
Fi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Clyde Puli, il-Ministru Farrugia qal li t-tmien każijiet ta’ frodi saru minn 8 ħaddiema differenti.
Għal dawn l-akkużi, tnejn ingħataw twissija verbali waqt li tnejn oħra ngħataw twissija formali u kellhom tnaqqis fil-paga. Każ partikolari waqa’ għax irriżulta li ma kienx każ ta’ frodi.
Skrivan li affaċċja akkużi kriminali ngħata sospensjoni ta’ tlett ijiem.