8 każijiet ġodda tal-virus MERS fil-Korea t’Isfel

Ġew irrapurtati 8 każijiet ġodda ta’ MERS fil-Korea t’Isfel.
B’hekk it-total tal-persuni infettati issa jlaħħaq il-162.
S’issa, il-Middle East Respiratory Syndrome ħalla 19-il vittma. Hu mifhum li l-virus wasal meta intraprenditur wasal lura l-Korea t’Isfel minn żjara fil-Lvant Nofsani u miegħu ġarr il-virus.
Għad hemm raġġ ta’ tama hekk kif 19-il pazjent s’issa qed juru sinjali li fiequ u nħarġu mill-isptar fejn kienu qed jiġu rikoverati.