8 infermiera jitilqu miċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana fl-aħħar xhur

L-infermiera kollha fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana ngħataw direttiva mill-MUMN minħabba li naqsu l-infermiera filwaqt żdied ix-xogħol bir-rizultat li l-infermiera qed jaħdmu iktar milli jifilħu.
Id-direttiva,ikkomunikata lilhom dalgħodu mis-Segretarju Ġenerali tal-MUMN, Colin Galea, tagħti struzzjonijiet lill-infermiera biex jibdew isegwu dawn id-direttivi industrijali mil-Erbgħa 18 ta’ Novembru mis-7am.
Fl-ittra jingħad li f’dawn l-ahhar xhur 8 infermiera telqu minn dan ic-centru u se jigu allokati biss 3 nurses.
L-MUMN qalet li dan l-ammont huwa ftit wisq minħabba li l-ammont ta’ kliniċi żdiedu bil-konsegwenza li x-xogħol żdied. 
Fost id-direttivi l-unjin qalet lill-infermiera biex ma jghamlu l-ebda xoghol konness ma ppubblikazzjoni tar-rizultati tad-demm, ma jsir l-ebda iċċekkjar tal-bagalja tat-tabib u ma jintmessux cilindri tal-ossiġnu sakemm dawn ikunu ta’ daqs medju.