8 għaqdiet u santwarji tal-annimali jingħataw fondi mill-Gvern

8 għaqdiet mhux governattivi u santwarji tal-annimali bdew igawdu minn fond tal-animal welfare, imniedi mill-Gvern f’Ottubru, b’total ta’ €40,000.
L-AAA, SPCA Gozo, CSAF, Noah’s Ark, Cats & Dogs Shelter, Tomasina National Cat Society, Animal Rights Group, u Stray Animals Support Group ingħataw nofs is-somma allokata lilhom, bin-nofs l-ieħor jingħata meta jitlesta l-proġett.
Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Annimali, Roderick Galdes, qassam il-fondi li qed jiffinanzjaw il-provvista ta’ mediċini u ikel, servizzi veterinarji, tiswija ta’ qtates tat-triq, xogħol infrastrutturali fosthom f’għadd ta’ kennels, vaċċini u first-aid kits, gaġeġ u xogħlijiet oħra.
L-applikazzjonijiet intagħżlu minn bord imwaqqaf apposta.
Is-Segretarju Parlamentari nieda wkoll il-fond għal din is-sena li se jiżdied għal €50,000. 
Ritratt: DOI – Omar Camilleri