8 fil-mija tas-surmastrijiet tal-orkestri fid-dinja huma nisa

Mirga Gražinytė-Tyla, Marin Alsop, Simone Young, Susanna Mälkki u JoAnn Falletta

Read in English.

Skont riċerka ġdida li saret fl-2019 dwar il-mużika klassika din turi  li sar progress għal kompożituri u surmastrijiet nisa, peress li aktar nisa qed jieħdu spazju fuq il-palk tal-kunċerti minn qatt qabel. Is-surmastrijiet nisa, inklużi Simone Young u Mirga Gražinytė-Tyla tal-CBSO, issa jagħmlu tmienja fil-mija tal-aqwa 100 surmast tal-orkestri tad-dinja.

Iċ-ċifri, ippubblikati mill-websajt tal-mużika klassika Bachtrack, juru li fl-2013 kien hemm mara waħda biss fl-aqwa 100 — il-maestro Amerikana Marin Alsop.

Hemm progress ukoll għall-kompożituri nisa, peress li l-istudju sab li 24 mill-aqwa 100 kompożitur kontemporanji issa huma nisa — id-doppju tal-figura tal-2017.

Cecilia McDowall, imwielda f’Londra, magħrufa għax-xogħlijiet korali kbar tagħha li jinkludu Now May We Singen u O Oriens, kienet l-iktar kompożitriċi kontemporanja femminili li ndaqqu xogħlijiet tagħha fl-2019. Hi kienet segwita minn Judith Weir, Anna Meredith u Jennifer Higdon.

Giuseppe Verdi — l-aktar kompożitur tal-opri popolari fl-2019

Fl-istess stħarriġ instab li l-aktar kompożitur popolari tal-opri kien Giuseppe Verdi. Warajh ġew Giacomo Puccini u Wolfgang Amadeus Mozart. L-aktar kompożitur popolari mal-orkestri kien Ludwig van Beethoven bis-sinfonija tiegħu No.3 Eroica l-aktar waħda esegwita.