8 arrestati wara l-ħarba minn Ħal Safi

Read in English.

Tmien irġiel ma ngħatawx il-libertà proviżorja wara li allegatament ħarbu miċ-Ċentru ta’ Ditenzjoni f’Ħal Safi l-ġimgħa li għaddiet. L-irġiel kollha wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom.

Ħames persuni minn dawk arrestati huma mill-Alġerija, kien hemm ukoll Marrokkin, Libjan u Eġizzjan li l-etajiet tagħhom huma bejn il-21 u t-32 sena, ġew arrestati fl-4 t’Ottubru għall-ħabta tal-4.30pm.

L-Ispettur Trevor Micallef spjega kif allegatament l-irġiel ħarbu minn fuq ċint. Enfasizza li hemm bżonn isir xi ħaġa li turi li l-Pulizija huma serji.

L-Avukat Fransina Abela dehret għall-akkużati.