8 arrestati waqt rejd għad-droga f’Wied il-Għajn

Read in English.

Tmien persuni ġew arrestati waqt rejd li sar mill-Pulizija f’Wied il-Għajn.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li r-rejd sar mill-Iskwadra ta’ Kontra tad-Droga, assistiti mill-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit (RIU). Sar fi stabbiliment li jinsab fil-limiti tal-Bajja ta San Tumas, f’Wied il-Għajn. Il-ħidma tal-Pulizija saret tard ilbieraħ waranofsinhar.

Waqt dan ir-rejd ġew arrestati seba’ rġiel residenti ż-Żejtun, Wied il-Għajn u r-Rabat, li l-età

tagħhom tvarja bejn it-18 u t-22 sena, u tfajla ta’ 24 sena residenti Birżebbuġa.

Il-Pulizija sabulhom sustanzi suspettati kannabis u kokaina, kif ukoll xi oġġetti relatati mal-użu tad-droga.

Aktar tard, il-Pulizija għamlet tfittxija f’residenza u garaxx ta’ wieħed mill-irġiel arrestati f’Wied il-Għajn. Hemmhekk instabu iżjed sustanzi suspettati ħaxixa tal-cannabis, eroina u kokaina, kif ukoll ammont ta’ flus kontanti.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.