8 affarijiet li l-impjegati fuq cruise liners ma jgħidux lill-passiġġieri

Bħall-impjegati l-oħra kollha fl-industrja tal-ospitalità dawk li jaħdmu fuq cruise liners, dawn il-ħaddiema  jkunu mistennija li jżommu lill-passiġġieri kuntenti u moqdija minn kollox. Imma dan ifisser li ma jistgħux ikunu dejjem onesti mal-mistednin tagħhom u hemm tmien affarijiet li dawn jixtiequ jgħidu lill-passiġġieri imma qatt ma jgħidulhom bihom. Dawn huma li ġejjin:

1 Qatt m’għandek issaqsi mistoqsijiet li jdejqu, bħal ‘fejn toqgħod’, ‘kemm-il darba ssiefer fuq cruise?’, eċċ.

2. Qatt ma tista’ tikkoreġi lil xi passiġġier li jkun qed jagħmel l-istorbju waqt li jkun jiddeverti ma’ oħrajn. Hemm xi passiġġieri li jiskru kuljum u dawn ikun ħaqqhom tbeżbiża … imma l-impjegati ma jistgħux ikellmuhom.

3. Qatt ma jitolbu tips. Imma t-tips huma dik il-ħaġa li ttella’ d-dħul finanzjaru għal dawn l-impjegati. Bit-tips iħossu li jkunu qed jitħallsu ta’ xogħolhom.

4. Ikun tajjeb li l-passiġġieri juru qalb tajba mal-ħaddiema. Wara kollox dawn ikunu ilhom is-sigħat fuq riġlejhom jaqdu lin-nies u xi drabi jkunu għajjenin mejta fiżikament u mentalment.

5. Tkellem ftit u isma’ ħafna.

6. L-ekwipaġġ fuq il-cruise liners huma l-aktar nies li jafu l-portijiet fejn iniżżlu l-passiġġieri u jkunu midħla tal-post. Għalhekk huma jkunu l-aħjar gwidi li jista’ jkollok qabel tinżel minn fuq l-vapur.

7. L-impjegati fuq il-vapur ma jistgħux jikkontrollaw kollox bħal jekk ikun maltemp jew il-passiġġieri ma jkunux jistgħu jinżlu l-art. Għalhekk ikollhom ikunu onesti mal-passiġġieri u jgħidulhom l-affarijiet kif tassew huma u ma joqogħdux idurulhom mal-lewża.

8. Li ssuq vapur mhix diffiċli daqs kemm tidher. Fil-fatt cruise liners ikollhom żewġ uffiċjali għal dan ix-xogħol biex ma jkollhomx piż fuqhom għal żmien twil.