8 affarijiet li għandek tagħmel qabel nofsinhar

Il-produttività tibda minn kmieni filgħodu, b’persuni produttivi jħabirku biex sa minn kmieni jibdew jaffaċjaw dak li għandhom x’jagħmlu.

Dawn li ġejjin huma 8 affarijiet li ġeneralment nies produttivi jagħmlu filgħodu mas-sebħ:

  1. Jaqsmu l-ġurnata fi tnejn. Fl-ewwel sigħat jagħmlu dak li hu aktar importanti biex wara nofsinhar jużawh għal affarijiet li jieħdu xi ftit aktar tal-ħin.
  2. Jidħlu għax-xogħol daqs nofs siegħa qabel biex jilħqu jaraw x’affarijiet iridu jagħmlu matul il-ħin tax-xogħol.
  3. Isibu ftit minuti ċans għalihom infushom qabel ma jibdew b’ħidmiethom.
  4. Jiċċekjaw il-lista tal-ġurnata għal darba tnejn biex ikunu żguri li kollox f’postu u ma qabżu xejn minn dak li għandu jsir matul il-ġurnata.
  5. Imorru mixja qasira f’xi ġnien fil-qrib biex jiġu f’tagħhom qabel tibda l-ġurnata.
  6. Jagħmlu mezz biex jieħdu kolazzjon bnin u li jgħinhom jibdew il-ġurnata bit-tajjeb.
  7. Iżommu ruħhom aġġornata ma’ dak kollu li jkun għaddej madwarhom billi jaqraw il-qazzetti u jsegwu stejjer onlajn.
  8. Jibdew billi jagħmlu xi eżerċizzju biex iħossuhom li rnexxielhom ilestu xi ħaġa diġà minn kmieni filgħodu.

Ikun tajjeb li wieħed jieħu xi ftit minn dawn l-affarijiet u jinkludihom fil-ġurnata tiegħu biex iħossu aħjar kif ukoll ikun aktar produttiv.