8,895 telefonata lil Kellimni

Il-Helpline Kellimni, matul is-sena li għaddiet irċieva 8,895 telefonata ġenwina għall-għajnuna li saru minn persuni bi problemi ta’ saħħa mentali bħal depressjoni, solitudni u każijiet ta’ suwiċidju.
Minn dawn 2,017 kien telefonati marbuta ma’ kwistjonijiet ta’ saħħa mentali, li minnhom 54 gew minn persuni li kien qed jikkontemplaw is-suwiċidju.
Il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon kien qed iwieġeb lid-deputat Nazzjonalista Mario Galea.