8.6°C l-inqas temperatura matul April

MIA

Matul ix-xahar ta’ April, it-temperaturi kienu iktar friski mill-istess xahar fis-snin ta’ qabel. L-Ajrupot Internazzjonali ta’ Malta qal li l-ogħla temperatura kienet 28.2 °C, filwaqt li l-inqas kienet 8.6°C. Fi stqarrija l-Ajruport spjega li din is-sena kien hemm nuqqas ta’ 0.2°C fit-temperatura medja tal-ajru.

L-ammont ta’ xita li tkejlet matul dan ix-xahar kienet 15.4mm ta’ xita, li 39% minnhom ġew reġistrati fil-5 t’April, l-iktar jum imxarrab tax-xahar. L-ewwel ġimgħa t’April kienet l-aktar ġimgħa mdallma u tempestuża, hekk kif ix-xemx kient limitata fl-ewwel ħamest ijiem ta’ dan ix-xahar.

Matul dan ix-xahar kien hemm ukoll xita tal-ħamrija li ħafna kienu dawk li ma ħadux gost biha. Matul April, il-qawwa tar-riħ laħqet medja ta’ 10.3 knots; 0.8 knots iktar qawwi min-norma klimatika.

Il-Gżejjer Maltin gawdew minn 240.7 sigħat ta’ xemx matul April, li jammontaw għal 8 sigħat inqas mill-medja għax-xahar.