8,400 inċident tat-traffiku fi tliet snin

Fl-aħħar tliet snin kienu reġistrati madwar 8,400 inċident tat-traffiku li minnhom 37 kienu fatali.
Dan joħroġ minn informazzjoni mogħtija mill-Ministru għall-Intern Carmelo Abela fi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Marthese Portelli.
Ftit anqas min-nofs dawn l-inċidenti kienu jinvolvu minn tal-anqas il-feriment ta’ persuna waħda.
Għalkemm is-sena li għaddiet rat tnaqqis fin-numru ta’ inċidenti fatali – minn 18-il inċident fatali fl-2013 għal 11-il inċident fatali fl-2014, in-numru ta’ inċidenti b’feruti żdied bi 12 fil-mija għal 1,501.
Sal-aħħar ta’ Settembru 2015 kienu reġistrati 2,384-il inċident li minnhom tmienja kienu fatali u 1,014 kienu b’feruti.