8,000 vettura b’liċenzja skaduta għal iktar minn 10 snin

Fl-aħħar ta’ Ottubru kien hemm madwar 26,400 vettura bil-liċenzja mhux imħallsa. Fil-każ ta’ terz minn dawn, il-liċenzja ilha ma titħallas iktar minn għaxar snin.
Dan joħroġ minn informazzjoni mogħtija mill-Ministru għat-Trasport Joe Mizzi fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Martese Portelli.
Mizzi spjega li l-vetturi inkwestjoni mhux bil-fors qiegħdin jiċċirkulaw fit-toroq.
Fl-aħħar ta’ Ottubru, in-numru tal-vetturi bil-licenzji skaduti għal iktar minn 10 snin kien ta’ 7,995. Kien hemm ukoll 5,356 vettura li l-liċenzja tagħhom ilha ma titħallas bejn ħames u 10 snin u 8,924 vettura li l-liċenzja ilha ma tiġi mħallsa inqas minn ħames snin.