8,000 siġra se jitħawlu madwar Malta

Din is-sena se jitħawlu aktar minn 8,000 siġra.
F’konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru għall-Ambjent Jose Herrera qal li dawn is-siġar se jkunu mħawla f’numru ta’ siti inkluż f’Wied Blandun, is-Swatar, Marsaxlokk, Baħar iċ-Ċagħaq u Kemmuna, fejn f’Kemmuna biss se jitħawlu madwar 3,600 siġra.
Il-Ministru Herrera ħabbar ukoll li Transport Malta se tkun qiegħda tagħmel tajjeb għal 300 siġra sabiex jikkumpensaw għas-siġar li nqalgħu mill-junction ta’ Ħal Lija.
DOI: Clodagh Farrugia O'Neill