8,000 applikazzjoni biex jirregolarizzaw xi propjetà

Old door

Fl-aħħar 19-il xahar, l-Awtorità tal-Ippjana qalet li rċeviet aktar minn 8,000 applikazzjoni minn sidien li jridu jinnegozjaw il-propjetà tagħhom li m’għandhix sanzjonijiet.
L-Awtorità qalet li l-parti l-kbira tagħhom, jiġifieri 7,000 minnhom, ġew aċċettati u dawn wasslu għal dħul ta’ €16-il miljun.
Dan il-proċess kien miftuħ biss għal dawk il-propjetajiet li jinsabu fil-konfini tal-iżvilupp u jidhru fir-ritratti tal-Awtorità tal-Ippjanar tal-2016.