7UP® tmur lura fiż-żmien

Biex tiċċelebra l-wirt kreattiv tagħha, li jmur lura 88 sena, 7UP® dan l-aħħar nediet edizzjoni Vintage – kollezzjoni kommemorattiva limitata ta’ sitt disinji ispirati mil-logos tal-marka u xogħol artistiku tal-imgħoddi, mit-30ijiet sad-90ijiet.
Sa minn meta nħolqot l-ewwel darba fl-1929, 7UP saret ix-xarba oriġinali favorita tal-konsumaturi, b’togħma ta’ lumi u lime, unika, bnina u rifreskanti. L-edizzjoni Vintage ta’ 7UP inħolqot minn PepsiCo Design & Innovation Centre fi New York u tinkludi xogħol artistiku storiku li joħroġ l-awtentiċità tax-xarba 7UP u l-istorja tagħha permezz ta’ disinji ta’ żminijiet differenti ta’ din ix-xarba.
F’Malta, l-edizzjoni Vintage ta’ 7UP tinsab fi fliexken ta’ 500ml u ta’ 1.5Ltr għal żmien limitat biss. Barra minn hekk, ma’ kull pakkett ta’ sitt fliexken 7UP jew 7UP Free ta’ 1.5Ltr, tingħata tazza għall-kollezzjoni mill-Edizzjoni Vintage limitata ta’ 7UP.