​78 Volvo taċ-CHOGM irkantati għall-MCCF

78 karozza lussuża se jiġu rkantati għall-Malta Community Chest Fund, hekk kif jintemmu l-laqgħat tal-Valletta Summit u taċ-CHOGM.
L-irkant għal dawn il-karozzi Volvo se jsir f’Ta’ Qali nhar is-Sibt 5 ta' Diċembru b'risq l-Istrina 2015. 
Il-karozzi  li se jiġu rkantanti huma ġodda fjamanti, li se jkunu ntużaw biss għal tliet ijiem matul dawn l-avvenimenti.
Il-karozzi se jkunu qed jinstaqu minn membri tal-Forzi Armati ta’ Malta li jkunu mħarrġa apposta.
Il-prezzijiet tal-bidu fl-irkant jinkludu kontribuzzjoni ta’ €2,500 għal kull vettura lill-Istrina. 
Il-Malta Community Chest Fund  se tkun qed tieħu l-ammont kollu li se jinġabar ’il fuq minn dawn il-prezzijiet.  
L-offerti jibdew minn €30,500 jew €32,500 skont il-mudell tal-karozza.
Iċ-Chairman tal-Bord tal-Amministraturi tal-Malta Community Chest Fund, John Camilleri qal li s’issa ntnefqu aktar minn miljun Ewro f’kimoterapija speċjalizzata għal Maltin u Għawdxin.