779 student se jiggradwaw mill-MCAST

Total ta’ 779 student se jkunu qed jiggradwaw mill-Istitut Malti għall-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija (MCAST) f’ċerimonji separati li se jkunu qed iseħħu sas-7 ta’ Diċembru.

Waqt it-tmien ċerimonji, 419-il student se jiggradwaw b’baċellerat filwaqt li 324 se jkunu qed jirċievu Higher National Diploma jew ċertifikati oħrajn. Intant 36 student se jkunu qed jiggradwaw fuq livell ta’ Masters jew ogħla.

Minn fejn ġejjin il-gradwati?

  • L-Istitut għall-Informazzjoni u t-Teknoloġija se jara 71 gradwat
  • L-Istitut għas-servizzi komunitarji se jara 92 gradwat
  • L-Istitut għax-Xjenza Applikata se jara 40 gradwat
  • L-istitut tal-Inġiniera u t-Trasport se jara 65 gradwat
  • L-Istitut għall-Arti Kreattiva se jara 107 gradwat
  • L-Istitut għall-Maniġment tal-Negozji u l-Kummerċ se jara 102 gradwati