77% taċ-ċittadini Maltin jemmnu li jekk wieħed jikkunsidra kollox, Malta bbenefikat minn meta ssieħbet fl-Unjoni Ewropea. Dan ifisser żieda ta’ 18% fuq l-2011.
Skont stħarriġ tal-Ewrobarometru li ħareġ illum, 65% fil-mija taċ-ċittadini Maltin għandhom tendenza li jivvutaw aktar fl-elezzjonijiet Ewropej f’Mejju li ġej, jekk il-gruppi politiċi jinnominaw xii kandidati minn tagħhom għall-elezzjoni ta' President tal-Kummissjoni Ewropea li jmiss.
Il-President li jmiss tal-Kummissjoni se jiġi elett għall-ewwel darba mill-Parlament Ewropew li jkun għadu kif tela’.
Dan l-istudju sar f’Ġunju li għadda u fih ipparteċipaw aktar minn 27,000 persuna minn 28 stat membru tal-Unjoni Ewropea.