76 fekruna li faqqsu jaslu fil-baħar qawwijin u sħaħ

Nature Trust / Facebook

Illum fil-Bajja tal-Mixquqa 76 fekruna mill-95 bajda li kien hemm fil-bajja rnexxielhom jaslu ġol-baħar.

Dan ħabbritu l-għaqda Nature Trust fuq Facebook, fejn irringrazzjat lil kull min għen biex dawn il-fkieren ifaqqsu u jaslu sal-baħar qawwijin u sħaħ, partikolarment lill-voluntiera.

L-għaqda spjegat li qed tagħmel testijiet tad-DNA fuq din il-bejta. Fekruna minnhom għadha dgħajfa ħafna, allura qed issirilha riabilitazzjoni permezz ta’ apparat provdut mill-Akkwarju Nazzjonali, u permezz tal-Veterinarju Dr Gruppetta.

Good luck babies!NTM is very happy to announce another successful nest hatching, this time of Golden Sands. 76 young…

Posted by Nature Trust – FEE Malta on Wednesday, August 26, 2020
Meta faqqsu l-ewwel ftit fkieren ta’ din il-bejta
Fkieren ifaqqsu fil-Bajja tal-Mixquqa