​75 tarbija mwielda bl-IVF

Bejn Jannar 2015 u Mejju 2017 saru 479 ċiklu ta’ IVF ġewwa Mater Dei.
Dan qalu l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri.
Fearne qal li sa llum, iċ-ċiklu wasslu biex twieldu 75 tarbija. Barra minn hekk, mistennija li jitwieldu 36 tarbija oħra sa tmiem din is-sena.
Il-Ministru għas-Saħħa spjega li waqt li t-trattament kollu li jingħata fl-isptar huwa bla ħlas, l-ispiża għall-mediċina tvarja skont it-trattament li jkun hemm bżonn jingħata.