75 persuna f’risku li jegħrqu fl-ibħra Maltin – Alarm Phone

Read in English.

75 persuna qiegħdin fir-riskju li jegħrqu, bi ftit minnhom qed imutu abbord, fl-ibħra Maltin.

L-NGO Alarm Phone qajjmet l-allarm fuq Twitter, fejn qalet li kkuntattjat l-awtoritajiet fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu tal-11 ta’ Novembru. Minkejja dan, id-dgħajsa għadha bla għajnuna.

Alarm Phone qalet li n-nuqqas t’għajnuna minn naħa tal-Forzi Armati ta’ Malta u l-Guardia Costiera Taljana hija krudili, illegali, u xi ħaġa li toqtol.

Newsbook.com.mt prova jikkonferma l-fatti tal-każ iżda sal-ħin tal-pubblikazzjoni ma kellna l-ebda tweġiba uffiċjali.