75 każ ġdid tal-coronavirus; ifiqu 74

people-wearing-masks-valletta-2
Miguela Xuereb

Read in English.

Malta għandha 75 każ ġdid tal-coronavirus. Dawn il-każijiet ħarġu mill-2,946 swab test li saru. Fiequ wkoll 74 persuna u b’hekk it-total ta’ każijiet attivi huwa ta’ 1,915.

OFFICIAL COVID-19 figures for 28•10•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate

Posted by saħħa on Wednesday, October 28, 2020

Dalgħodu tħabbret is-56 mewta bil-Covid-19, dik ta’ anzjana ta’ 89 sena.

Ilbieraħ instabu 107 każijiet ġodda tal-coronavirus. Minn dawn kien hemm:

  • 11-il każ ta’ membri tal-familja ta’ nies bil-virus
  • 4 każijiet minn fuq postijiet tax-xogħol
  • 8 każijiet ta’ persuni li kellhom kuntatt dirett ma’ nies bil-virus
  • Każ minn barra minn Malta
  • 6 każijiet minn attivitajiet soċjali

Dan ifisser li mhix magħrufa l-oriġini ta’ 77 każ.