75 każ ġdid ta’ coronavirus; 31 ifiqu

swabbing center

75 persuna oħra nstabu pożittivi għall-coronavirus wara 2,732 swab test li saru fl-aħħar 24 siegħa. Intant, jidher li 31 persuna oħra fiqu.

Dan tħabbar fl-infografika tal-lum mill-Ministeru għas-Saħħa. Kien spjegat li bħalissa fil-pajjiż hawn total ta’ 625 każ ta’ coronavirus attiv.

Id-dettalji tal-każi se jingħataw waqt konferenza tal-aħbarijiet minn Prof. Charmaine Gauci.