Read in English.
Il-Pulizija qalet li ħarġet 74 taħrika għal sewqan b’veloċità eċċessiva.
Fi stqarrija l-Pulizija qalet li llum saru kontrolli tat-traffiku Triq Louis Wettinger magħrufa bħala l-Bypass tal-Mellieħa, fil-Bypass ta’ San Pawl il-Baħar, fi Triq Kennedy Drive (quddiem Kennedy Grove), u fi Triq il-Kosta.
B’kollox inħarġu 74 taħrika għal sewqan b’veloċità eċċessiva:
- Triq Louis Wettinger inħarġu 30 taħrika
- Fil-Bypass ta’ San Pawl il-Baħar inħarġu 3 taħrikiet
- Triq Kennedy Drive nħarġu 10 taħrikiet
- Triq il-Kosta inħarġu 31 taħrika
Inħarġu wkoll 8 taħrikiet oħra minħabba ksur tar-regolamenti tat-traffiku li jinkludu sewqan mingħajr ċintorin tas-sigurtà, vetturi bit-tinted glass u vetturi mingħajr numru tar-reġistrazzjoni.
L-appell mill-ġdid tal-Pulizija huwa biex wieħed ma jabbużax mis-sewqan, speċjalment f’jiem bħal tal-lum, festa pubblika, meta ħafna mit-toroq jkunu battala mit-traffiku.