73 peruna f’ splużjoni fil-Messiku

Flames engulf an area after a ruptured fuel pipeline exploded, in the municipality of Tlahuelilpan, Hidalgo, Mexico, near the Tula refinery of state oil firm Petroleos Mexicanos (Pemex), January 18, 2019 in this handout photo provided by the National Defence Secretary (SEDENA). National Defence Secretary/Handout via REUTERS

Mill-inqas 73 persuna tilfet ħajjitha wara tubu tal-fjuwel ġie miftuq minn numru ta’ ħallelin f’ċentru tal-Messiku hekk kif il-president Messikan Andres Manuel Lopez Obra-dor ddefenda x-xogħol tal-armata li ma evakwax lin-nies qabel l-isplużjoni.

Esperti forensiċi ġabru l-fdalijiet tal-igsma minn għalqa fejn seħħet l-ispluzjoni fil-belt ta’ Tlahuelilpan fil-istat ta’ Hi-dal-go f’wieħed mill-agħar inċidenti fil-Messiku.

Wieħed mix-xhieda qal li atmosfera festiva li fiha mijiet ta’ residenti bdew kontenituri fil-fjuwel misruq spiċċċat xena tal-biża hekk l-ispluzjoni firxet il-ġemgħa bil-konsegwenza li l-ħwejjeġ tan-nies ħadu n-nar.

Numru ta’ nies fuq ix-xena tal-ispluzzjoni qalu li n-nuqqas ta’ supply ta’ gas mindu Obra-dor nieda kampanja biex iwaqqaf is-serq ta’ fjuwel, ġiegħel lin-nies jiġru lejn it-tubu mċarrat biex jisirqu l-fjuwel.