73 persuna salvati mill-għarqa viċin il-Libja

73 immigrant waslu f’Messina fl-Italja wara li ġew salvati minn fuq dingi li kien qed jgħereq viċin il-Libja.
Huma kienu salvati mill-Aquarius, il-bastiment tal-għajnuna Umanitarja tal-SOS Mediterranee flimkien mal- Médecins Sans Frontières.
Minkejja li l-Aquarius kien lest sabiex ikompli jdur fiż-żona biex ifittex aktar immigranti li setgħu sabu ruħhom fi kriżi, l-awtoritajiet kompetenti talbuh biex jirritorna Messina qabel ma t-temp jaqleb għal-agħar.
Fost it-73 immigrant salvat hemm 12-il mara, tnejn minnhom tqal, u 12-il minuri.
Fl-10 ta’ Mejju l-Aquarius kien salva 105 persuna mill-port ta’ Katanja.