73 persuna qalbet minn pensjoni Maltija għal dik tal-UE

73 persuna qalbet il-pensjoni tagħha mis-sistema tas-sigurtà soċjali Maltija u għal dik tal-istituzzjonijiet Ewropej.
Dan joħroġ minn informazzjoni mogħtija fil-Parlament mill-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia għall-mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Charlo Bonnici.
Il-liġi Maltija tippermetti li persuni impjegati ma’ istituzzjonijiet Ewropej jaqilbu l-pensjoni tagħhhom minn dik Maltija għal dik ta’ dawn l-istituzzjonijiet, li hija aktar vantaġġjuża. Il-liġi daħlet fis-seħħ fl-2012 u taħtha kien hemm madwar 20 applikazzjoni fis-sena. Kif wieħed jistenna ma kien hemm l-ebda talba biex valur ta’ pensjoni jinqaleb minn dik tal-istituzzjonijiet Ewropej għal dik ta’ Malta.