73 persuna b’multa ta’ €100

Read in English.

Il-Gvern qal li 73 persuna laqqtu multa ta’ €100 talli kienu fi gruppi ta’ aktar minn 3 persuni.

F’aġġornament dwar il-coronavirus, il-Gvern qal ukoll li ħadd ma nstab jikser il-kwarantina obbligatorja fit-354 spezzjoni li saru fl-aħħar 24 siegħa.

“Il-virus għadu magħna, bl-istess saħħa, u jista’ jikkawża l-istess danni. Għalhekk il-miżuri li se jibqgħu fis-seħħ iridu jiġu osservati bl-istess dixxiplina ta’ qabel,” qal il-Gvern.

Appella biex kulħadd jikkoopera b’responsabbilita.

“Jekk l-affarijiet imorru tajjeb, il-Gvern ikun jista’ jħabbar it-tneħħija ta’ aktar miżuri restrittivi sa mhux aktar minn tliet ġimgħat oħra, biex sal-ahhar ta’ dan ix-xahar ikun hemm il-maġġoranza tal-istabbilimenti kummerċjali joperaw,” qal il-Gvern.

Wara li l-Maltin kien ilhom ġimgħat isegwu miżuri ristrettivi, il-Gvern illum ħabbar li mit-Tnejn uħud minnhom se jibdew jiġu rilassati.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn