Aġġornata: Ritratti: it-tieni grupp t’immigranti jiddaħħlu Malta

Miguela Xuereb

Read in English.

Grupp ieħor ta’ 89 persuna niżlu f’Xatt it-Tiben. Rapporti qalu li hemm mara fosthom.

Kelliem għall-Forzi Armati ta’ Malta (FAM) informa lil Newsbook.com.mt li dawk li ġew salvati waslu Malta fuq bastiment tal-FAM.

Din hija t-tieni missjoni ta’ salvataġġ fl-ilmijiet ta’ madwar Malta mill-FAM. Missjoni oħra ta’ salvataġġ saret iżjed kmieni llum, meta ġew salvati 73 immigrant ieħor.

73 immigrant salvati mill-għarqa 

73 persuna li kienu bejn sema u ilma ddaħħlu f’Xatt it-Tiben mill-Forzi Armati ta’ Malta (FAM).

L-immigranti, li kienu f’ilmijiet Maltin fuq dingi, waslu fil-pajjiż permezz ta’ bastiment tal-FAM. Kelliem għall-FAM qal li l-grupp huwa magħmul minn irġiel biss.

Aqra: Filmat u ritratti: L-immigranti tal-Ocean Viking jaslu Malta

Nhar il-Ġimgħa filgħaxija 356 immigrant li ġew salvati mill-bastiment Ocean Viking waslu Malta għall-ħabta tal-10pm.