72 siegħa biex takkwista titjira tal-Air Malta €b’44

L-Air Malta nediet roħs promozzjonali fuq numru ta’ titjiriet li jibew minn €44 f’direzzjoni waħda, inkluż it-taxxi u tariffi oħra.
Qed jiġu offruti aktar minn 20,000 post fi 19-il destinazzjoni għal vjaġġi bejn l-1 ta’ April u l-31 ta’ Ottubru.
Ir-roħs huwa miftuħ għal 72 siegħa li jibdew mill-Erbgħa 27 ta’ Jannar fis-7 ta’ filgħodu sas-Sibt 30 ta’ Jannar fis-6.59 ta’ filgħaxija.
Il-biljetti jistgħu jinxtraw mill-websajt tal-Air Malta li hija www.airmalta.com, miċ-Ċentru tat-Telefonati fuq in-numru 21662211 u l-Uffiċċju tal-Bejgħ tal-Air Malta fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Il-promozzjoni tal-linja tal-ajru hija disponibbli fuq titjiriet lejn u minn Amsterdam, Ateni, Berlin, Brussell, Dusseldorf, Frankfurt, Londra, Lyon, Manchester, Marsilja, Milan, Moska, Munich, Pariġi, Ruma, Vjenna u Zurich.
Il-postijiet huma suġġett għad-disponibbilità filwaqt li termini u kundizzjonijiet japplikaw.
Għal aktar tagħrif wieħed jista’ jżur il-websajt tal-Air Malta jew jidħol fil-paġna tal-Facebook.