72 sena wara … Veteran tal-gwerra jerġa’ jsib lill-maħbuba tiegħu grazzi għall-internet

Meta d-dinja kienet medhija bit-Tieni Gwerra Dinjija, fir-rebbiegħa tal-1944, qalb l-Amerikan Norwood Thomas kienet tħabbat għal Joyce Morris. 
Iżda r-relazzjoni ta’ mħabba waqfet fis-6 ta’ Ġunju, meta Norwood, li kien jaħdem bħala parachutist, intbagħat fin-Normandija.
72 sena wara, iż-żewġ maħbubin reġgħu sabu lil xulxin fuq Skype u f’jum San Valentinu se jiltaqgħu  wiċċ imb wiċċ grazzi għal ġabra ta’ flus li saret onlajn.
Wara li spiċċat il-gwerra, Norwood Thomas mar lura lejn daru fl-Amerika u żżewweġ.  Joyce marret tgħix l-Awstralja. 
Għal 70 sena sħaħ, ħadd minnhom it-tnejn ma kien jaf x’sar mill-ieħor.  Sakemm xahrejn ilu, Norwood, armel ta’ 93 sena, u Joyce, ta’ 88 sena, iltaqgħu fuq Skype grazzi għat-tfal tiegħu.