72 sena mill-wasla tal-konvoj Santa Marija

Il-kuraġġ tal-Maltin ġej mill-fatt li l-assedji u r-rebħ kontra l-għadu huma parti mid-DNA.
Fid-daħla li għamel Peter C. Smith fil-ktieb The Santa Marija Convoy – the fate of a nation, Smith qed ifakkar li l-Maltin dejjem kellhom saħħa li jieqfu lil min ikun kontrihom.
Smith jirrakkonta dak li għaddew minnu l-Maltin, fosthom in-nuqqas ta’ provista ta’ ikel u fjuwil, u kif Operation Pedestal kienet essenzjali għal Malta.
Kienu 14-il vapur li ntbagħtu Malta, iżda 5 biss waslu, bl-aħħar wieħed proprju daħal fil-Port il-Kbir 72 sena ilu u baqa' jissejjah il-konvoj ta’ Santa Marija.
27 illustrazzjoni tal-vapuri tal-merkanzija, kif ukoll ajruplani li assistew fil-wasla tal-convoy jinsabu f’dan il-ktieb.
Dawn it-tpinġijiet ta’ Raymond Agius se jkunu wkoll għall-wiri bejn is-27 t’Awwissu u t-13 ta’ Settembru fil-kripta ta' Garrison Chapel fi Pjazza Kastilja.
Smith kiteb aktar minn 70 ktieb dwar stejjer navali u tal-gwerra, li ġew tradotti fi tmien lingwi differenti.