715,000 passiġġier affettwati mit-“taħwida” tar-Ryanair

715,000 passiġġier kienu affettwati bid-deċiżjoni ta’ Ryanair li tikkanċella 20,000 titjira bejn Settembru u Marzu.
Minkejja li talbet apoloġija lil dawn il-passiġġiera, il-linja tal-ajru qalet li bejn Settembru u Marzu se tkun qed topera 800,000 titjira.
Għal dawk it-titjiriet imħabbra bħala kkanċellati fit-18 ta’ Settembru, it-315,000 passiġġier irċecew notifika b’imejl u ‘l fuq minn 300,000 passiġġier irċevew il-flus lura jew inkella ngħataw titjira alternattiva.
L-400,000 passiġġier ‘l ieħor ġew affettwati wara li Ryanair għamlet tibdil fl-iskeda tagħha għax-xitwa.
Minn dawn’ il fuq minn 300,000 irċevew il-flus lura jew inkella ngħataw titjira alternattiva.
Fi stqarrija, Ryanair saħqet li fl-aħħar sebat ijiem il-puntwalità tat-titjiriet tagħha tjiebet b’97% u fl-istess ġranet tħassru biss żewġ titjiriet minn 16,000.
Apparti minn hekk, minħabba strajk tal-ground handlers fl-Italja, illum ir-Ryanair kellha tħassar 21 titjira minn u lejn Pisa.
Kelliema għall-Ajruport Internazzjonali ta' Malta qalet ma' Newsbook.com.mt li sa issa l-ebda titjira minn Malta ma ġiet affettwata minn dan l-istrajk.
S’issa ma jidhirx li hemm titjiriet minn u lejn Malta li se jitħassru sal-aħħar t’Ottubru.
Ryanair kienet kostretta tħassar dawn it-titjiriet minħabba taħwida fil-leave tal-bdoti u li jrid ikun allokat sal-aħħar tas-sena.

Ritratt: Ian Noel Pace