71 persuna b’multa ta’ €100

police-health-authorities-inspections-quarantine-coronavirus-25
Miguela Xuereb

Il-Gven qal li 71 persuna ngħataw multa ta’ €100 talli nstabu fi gruppi ta’ aktar minn erba’ persuni.

F’aġġornament dwar il-coronavirus il-Gvern qal ukoll li żewġ persuni nstabu jiksru l-kwarantina obbligatorja fl-451 spezzjoni li saru fl-aħħar 24 siegħa.

“L-appell jibqa’ dak li kulħadd ikun responsabbli u jikkopera mad-direttivi li qed jingħataw mill-awtoritajiet,” qal il-Gvern.

Mhux se jinxtara l-isptar

In-numru ta’ każijiet attivi f’Malta huwa ta’ madwar 90.

“Il-maġġoranza ta’ dawn il-każijiet attivi ma kellhomx għalfejn jidħlu l-isptar u għalhekk qegħdin jirkupraw f’darhom. B’hekk iż-żieda ta’ sodod u apparat li pajjiżna attrezza ruħu bihom fortunatament baqgħu mhux użati.

“Fuq parir tal-awtoritajiet tas-saħħa, il-Gvern ħa d-deċiżjoni li ma jixtrix l-isptar li kien ippjanat li jiġi impurtat minn barra u armat f’pajjiżna biex tiżdied il-kapaċità tas-sodod. Is-sitwazzjoni tjiebet bis-saħħa tal-valuri tad-dixxiplina u r-responsabbiltà u grazzi għall-miżuri ta’ prekawzjoni li ttieħdu. Huwa ta’ sodisfazzjon li se nkunu f’pożizzjoni li nippromwovu lil Malta u lil Għawdex bħala gżejjer Covid-safe,” qal il-Gvern.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn