​71 impjegat ġdid mal-Ministeru għal Għawdex qabel l-elezzjoni

Il-Ministeru għal Għawdex impjega miegħu 71 persuna fil-ġimgħat ta’ qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali.
Fil-Parlament, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li mill-1 ta’ April sal-5 ta’ Ġunju tas-sena l-oħra, il-Ministeru għal Għawdex, li dak iż-żmien kien immexxi minn Anton Refalo, ingaġġa 71 persuna fil-Ministeru stess.
Justyne Caruana kienet qed twieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi. 
Fil-jiem ta’ wara l-elezzjoni,ġie rrappurtat li lejlet l-elezzjoni ġenerali ngħataw 1,000 impjieg mal-Gvern f’Għawdex. Minkejja li l-Gvern ċaħad dan ir-rapport tal-MaltaToday, qatt ma ċaħad li qabel l-elezzjoni ġew impjegati nies mal-Gvern, anke permezz ta’ sub contractors.  
Newsbook.com.mt kien irrapporta wkoll dwar każi fejn nies b’full time kienu qed jiġu offruti xogħol full time mal-Gvern waqt li jżommu l-impjieg l-ieħor.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat kien ħabbar l-elezzjoni tat-3 ta’ Ġunju, waqt ċelebrazzjonijiet ta’ Jum il-Ħaddiem fl-1 ta’ Mejju.