Read in English.
71 immigrant ieħor jinsabu f’periklu fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ Maltija skont l-għaqda Alarm Phone. Fosthom jidher li hemm nisa u tfal.
Fuq Twitter, l-NGO irrappurtat li d-dgħajsa li jinsabu fuqha qed tgħereq u li għandhom bżonn urġenti ta’ għajnuna. Alarm Phone qalet li infurmat lill-awtoritajiet biex ma tħallix lill-immigranti jgħerqu.