700 sodda lill-Gvern mid-djar privati tal-anzjani

11-il dar tal-anzjani mmexxija mill-privat jipprovdu 704 sodda lill-Gvern.
Fil-Parlament, il-Ministru għall-Familja Michael Farrugia semma d-djar tal-anzjani li magħhom il-Gvern laħaq ftehim.
Dawn huma Villa San Lawrenz, Dar Sant’Anna, Dar Saura, Casa Leone, Holy Family Home, Central Home, Villa Messina, Casa Serena, Roseville, Casa Arkati u Casa Sao Paolo.