700 siġra għal Ta’ Qali

Google Maps

Illum ġiet pubblikata applikazzjoni biex jitħawwlu 700 siġra fil-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali. L-applikazzjoni ġiet sottomessa fl-4 ta’ April 2018 mal-Awtorità tal-Ippjanar.

Skont l-applikazzjoni madwar 150 siġra tal-Ġħargħar se jiġu mħawla f’Ta’ Qali. Siġar oħra jinkludu s-Siġra ta’ Ġuda, Żagħrun, Erika, Riħan fost oħrajn.

Fl-aħħar jiem ġiet imwaqqfa l-Aġenzija Ambjent Malta li se tkun mmexxiha mis-sindku tal-Gżira Conrad Borg Manche. Ambjent Malta se jkollha f’idejha l-afforestazzjoni ta’ Malta.