700 persuna salvati qrib il-kosta Libjana

700 immigrant ġew salvati waqt li kienu qrib il-kosta Libjana.
Huma ġew salvati b’ħidma konġunta bejn il-Gwardja Kostali Taljna, għaqdiet umanitarji u l-għaqda bbażżata f’Malta MOAS bil-bastiment ta’ salvataġġ Phoenix.
Phoenix waħedha salvat aktar minn 300 immigrant li kienu fuq tliet dgħajjes qrib il-belt Sabratha.
SOS Mediterranee u Doctors Without Borders għenu diversi persuni li kienu fuq erba’ dgħajjes tal-lasktu.
Bis-saħħa ta’ din il-ħidma konġunta ebda persuna ma tilfet ħajjitha.
L-għaqda internazzjonali għall-migrazzjoni qalet li din is-sena, madwar 600 immigrant mietu waqt li provaw immorru l-Italja. Din is-sena l-Italja rat żieda ta’ 30% fid-dħul ta’ immigranti.