700,000 passiġġier bil-cruise liners fl-2015

Matul l-2015 żaru Malta ftit anqas minn 700,000 passiġġier bil-cruise liners.
Dan joħroġ minn informazzjoni mogħtija mill-Ministru għat-Trasport Joe Mizzi fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Laburista Godfrey Farrugia.
Matul is-sena li għaddiet kien hemm 324 cruise liner li żar Malta, żieda fuq l-għadd ta’ żjarat fis-sentejn preċedenti u marġinalment anqas mill-għadd ta’ żjarat fl-2012.