70 vettura ġdida għall-Pulizija

Matul din il-leġiżlatura, il-Korp tal-Pulizija xtara 70 vettura ġdida.
Dan qalu l-Ministru għall-Intern fi tweġiba għall-Mistoqsija tad-Deputat Laburista Anthony Agius Decelis.
Tlieta minn kull ħamsa nxtraw matul is-sena li għaddiet.
Il-vetturi kienu jinkludu 58 karozza u 12-il mutur.