70 tomna art u €350,000 f’kumpless ġdid għall-motorsports

Illum sar l-iffirmar ta’ kuntratt bejn il-Gvern u l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi, li permezz tiegħu il-il-Gvern se jkun qed jgħaddi lill-Assoċjazzjoni 70 tomna art u €350,000 sabiex jinbena kumpless sportiv ġdid għall-Motorsports Off-Road.

L-Assoċazjoni għandha fi ħdanha mat-800 membru f’diversi dixxiplini tal-motorsport. Dan il-proġett jingħaqad ma diversi proġetti u inizjattivi oħra fil-motorsport fosthom trakka ġdida għall-Karting f’Ħal Far.

Bħalissa l-Gvern għandu 129 biċċa art b’valur ta’ 47 miljun ewro għand 115-il għaqda sportiva.