70% tal-Maltin jippreferu majjal Malti

Stħarriġ li sar jirriżulta li 70% tal-konsumatur Malti jippreferi l-majjal Malti. Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għall-Biedja Roderick Galdes waqt l-indirizz tiegħu fil-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Koperattiva tal-Majjali.
Filwaqt li faħħar ix-xogħol tar-raħħala, żied jgħid li l-produzzjoni tal-majjal din is-sena żdiedet b’9% meta kkomparata mas-sena 2013.
Dr Galdes semma wkoll it-taħdidiet li qed isiru ma’ azjendi Taljani li jixtru l-majjal ta’ Malta għall-esportazzjoni u ħeġġeġ lill-membri tal-Koperattiva jkomplu jtejbu l-prodott Malti.