70% tal-Kunsilli b’talbiet dwar ħsarat ikkawżati minn ħofor

Seba’ Kunsilli minn kull għaxra irċivew talbiet biex dwar ħsarat fil-vettura minħabba ħofor fit-toroq bejn l-2012 u l-2015.
Dan joħroġ minn informazzjoni mogħtija mill-Ministru responsabbli għall-Kunsilli Lokali Owen Bonniċi fi tweġiba għall-Mistoqsija tad-Deputat Laburista Anthony Agius Decelis.
B’kollox kien hemm 47 Kunsill li rċieva talbiet bħal dawn waqt li l-Kunsill Lokali tan-Nadur irċieva biss talbiet li jirrigwardjaw toroq ċentrali u għalhekk ġew mgħoddija lill-Gvern ċentrali.
Il-Kunsill Lokali tal-Gżira ma jżommx statistika dwar dan.