Serqa kull jumejn f’Għawdex

Read in English.

Mill-bidu tas-sena kien hemm 70 serqa li ġiet irrappurtata lill-Pulizija f’Għawdex.  Minn dawn erbgħa biss ġew solvuti.

Fl-istess perjodu tliet persuni nqabdu jittraffikaw id-droga f’Għawdex. Waqt li wieħed diġà tressaq il-Qorti, tnejn għadhom iridu jiġu mressqa. Seba’ persuni nqabdu jpejpu f’postijiet ipprojbiti. Din l-informazzjoni ngħatat mill-Ministru għas-Sigurtà Michael Farrugia bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Chris Said.

Ħmistax ilu, tliet anzjani ġew misruqa mir-residenza tagħhom fil-Qala.