70 persuna jaqbżu fil-baħar mill-bastiment ta’ salvataġġ Open Arms

Migrants jump off the Spanish rescue ship Open Arms, close to the Italian shore in Lampedusa, Italy August 20, 2019. REUTERS/Guglielmo Mangiapane

Aktar minn 70 migrant qabżu fil-baħar minn fuq bastiment ta’ salvataġġ waqt li kienu qed jistennew il-permess biex jidħlu fil-port fin-Nofsinhar tal-Italja, skont organizzazzjoni tal-karità, skont rapport fuq Sky News.

Open Arms, organizzazzjoni tal-karità Spanjola, qalet li l-migranti qabżu ful-baħar għax kienu frustrati wara li saru jafu li l-permess biex jidħlu Malta kien ġie rrifjutat.

Huma ġew salvati nhar l-Erbgħa mill-awtoritajiet Taljani l-barra mill-kosta ta’ Palermo, fin-naħa t’isfel ta’ Sqallija.

Il-bastiment ta’ salvataġġ ġabar tliet gruppi separati li kienu qed jippruvaw jaqsmu l-Mediterran f’dgħajjes żgħar il-ġimgħa l-oħra, u kellu madwar 280 migrant abbord.

Wara l-inċident, il-bastiment dar lura lejn Palermo, waqt li kien qed jistenna struzzjonijiet dwar fejn se jniżżel lill-passiġġiera.