70 mejta kawża ta’ għargħar fl-Iran

70 persuna mietu fl-Iran kawża ta’ għargħar wara rekord ta’ xita qawwija li bdiet ix-xahar li għadda. Dan ħareġ mill-midja tal-istat.

Skont IRNA, l-imwiet seħħew madwar 13-il provinċja, bl-iktar ammont ta’ każwaltajiet iseħħu f’Fars, Lorestan, Golestan u Hamedan.

Skont l-aġenzija tal-aħbarijiet Mehr News, ix-xita li ħakmet l-Iran mid-19 ta’ Marzu s’issa affetwat 1,900 belt u villaġġ madwar l-Iran u kkawżat mijjiet ta’ miljuni ta’ ewro fi ħsarat fl-ilma u l-infrastrutturi tal-agrikultura.

Aktar minn 140 xmara faru u kien hemm mal-409 każi ta’ tiġrif tal-art irrappurtati madwar il-pajjiż. 78 triq ġiet ibblukkata filwaqt li ġew affetwati mal-84 pont.